Luis Enrique jrid il-flus biex jixtri l-plejers

Skont is-sit Taljan tuttomercatoweb.it, l-Ispanjol Luis Enrique qed jitlob ċerti kundizzjonijiet sabiex jaċċetta li jmexxi lil Arsenal matul l-istaġun illi ġej.
Il-kowċ mir-reġjun ta’ Asturias qed jistenna li l-Gunners ipoġġulu fuq platt is-somma ta’ €230 miljun sabiex ikun jista’ jsaħħaħ it-tim bi plejers fid-difiża, f’nofs il-grawnd u bl-akkwist ukoll ta’ xi goalkeepers.
Enrique qed jitlob lid-diriġenti Ingliżi sabiex imorru għall-midfielder ta’ Roma Radja Nainggolan hekk kif jidher li hu kuntent bl-attakk immexxi minn Pierre Emerick Aubameyang u Alexandre Lacazette.
Skont l-istampa Ingliża, l-ogħla awtoritajiet tal-klabb għadhom qed itellgħu u jniżżlu x’jaqbdu jagħmlu hekk kif fil-jiem li ġejjin mistennija aktar żviluppi dwar dan il-każ.