Luis Enrique huwa l-kowċ il-ġdid ta’ Spanja

Il-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola ħatret lil Luis Enrique bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali wara li l-Ispanjoli kellhom wirjiet diżappuntanti fit-Tazza tad-Dinja fejn ma rnexxilhomx javvanzaw mill-aħħar 16.

It-tim taħt il-gwida ta’ Fernando Hierro, li nħatar fuq bażi temporanja wara t-tkeċċija ta’ Julen Lopetegui, ġie eliminat mir-Russja wara l-għoti tal-penalties.

Luis Enrique kien għażel li jieqaf għal ftit żmien wara li telaq lil Barcelona fl-2017 u ta’ spiss issemma li jista’ jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Chelsea jew Arsenal. Hu wassal lil Barcelona għar-rebħ ta’ 9 titli fi 3 staġuni u qatta’ wkoll żmien ma’ Roma u Celta Vigo.

Matul il-karriera ta’ plejer hu skurja 12-il gowl fi 62 logħba ma’ La Roja u kien parti mit-tim li rebaħ il-medalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-1992.

Miġjub lilek minn Hublot