Lufthansa trid aktar bdoti nisa

Il-linja tal-ajru Lufthansa trid aktar bdoti nisa kemm biex isuqu ajrupalni tal-passiġġieri u anke dawk tat-tgħabija.

Wara 25 sena mill-ewwel titjira tal-kumpanija ġermaniża u li kienet misjuqa minn bdot mara, il-Lufthansa ħabbret li wasal iż-żmien biex il-kumpanija tkun miftuħa aktar għas-sess femminili u se taħdem id-doppju biex timpjega aktar nisa.

6% biss tal-bdoti tal-Lufthansa huma nisa.  B’kollox hemm 300 bdot mara, li 80 minnhom għandhom il-grad ta’ kaptan.

L-ewwel mara fid-dinja li rnexxielha ġġib il-liċenzja ta’ bdot kienet il-Franċiża Raymonde de Laroche fit-8 ta’ Marzu 1919. 

Il-bdot li tajret l-ewwel ajruplan tal-Lufthansa fl-1988 hi Nicola Lisy.  Fl-1 ta’ Jannar 2000, Lisy niżlet isimha fl-istorja tal-Lufthansa bħala l-ewwel mara bi grad ta’ kaptan wara 12-il sena ta’ esperjenza fil-kabina tal-ajruplani Boeing 737 u Boeing 747.