Is-Salvatur jirbaħ fuq Luċifru

Minkejja li s-sħana qed tagħmel tagħha, is-Salvatur se jegħleb lil-Luċifru u nhar il-Ħadd xorta waħda se joħroġ għall-purċissjoni f'Ħal Lija.
Diversi uffiċċji meteoroloġiċi madwar l-Ewropa laqqmu din il-mewġa ta’ sħana bħala luċifru.
Is-sit FirstMalta jispjega li ġeneralment il-laqam jingħata lill-maltempati u liċ-ċikluni iżda din is-sħana esaġerata ħalliet l-marka tagħha u spiċċat b’laqam.
Fin-nofsinhar tal-Ewropa t-temperaturi fl-aħħar ġranet qabżu anke l-40C fosthom fi Spanja, fil-Kroazja u fl-Italja, filwaqt li f’Malta mistennija tilħaq it-38C.
L-Italja nħakmet minn sħana qawwija hekk kif laħqet l-40 grad minħabab sħana qawwija li telgħet mill-Afrika.
In-nies fl-isptarijiet fl-italja żdiedu bi 15% minħabba li għadd ta’ nies qed isofru heart strokes jew problemi ta’ saħħa oħra kkawżati bis-sħana.
Fi Spanja diversi partijiet rurali qed ikomplu jaqbdu, b’għadd kbir ta’ pumpiera jissieltu man-nirien qawwija qabel ma jaslu f’żoni abtitati.