LSEs se jħallsu għall-kors li kien b’xejn; il-Ministeru jispjega

Waqt li edukaturi qalu li l-kors il-ġdid għal-Learning Support Educators (LSEs) għandu jkun b’xejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal lil Newsbook.com.mt li għandu jkun bil-ħlas minħabba l-livell għoli tiegħu.
Kien  l-edukatur Justin Schembri li ppubblika ittra mill-Istitut għall-Edukazzjoni li kienet tgħid li l-kors għal-LSEs ingaġġati se jibda jkun bi ħlas ta’ €250. Schembri spjega li filwaqt li jemmen fit-taħriġ mogħti lil-LSEs, dan il-kors għandu jsir qabel ma jingħataw l-inkarigu fil-klassijiet.
Fit-twegibiet tiegħu l-Ministeru spjega li l-kors jinkludi fih xi units ta’ livell ta’ għoli dwar suġġetti meħtiega mill-LSEs u li l-għadd ta’ parteċipanti se jkun żgħir sabiex it-tagħlim ikun personalizzat. Il-Ministeru sostna li l-ħlas huwa biss sabiex jiġu kopruti l-ispejjeż tal-kors, u li l-parteċipanti jkunu jistgħu jirkupraw 70% tal-ħlas permezz ta’ traħħis mit-taxxa.