Low jagħżel lil Brandt

Hekk kif Joachim Low ħabbar it-23 plejer li se jippruvaw jirbħu t-Tazza tad-Dinja għat-tieni darba konsekuttiva, bosta kienu dawk li baqgħu sorpriżi bl-esklużjoni ta’ Leroy Sane. Waqt konferenza tal-aħbarijiet Low ammetta li ma kinitx deċiżjoni faċli dik li jħalli lil Sane barra iżda jemmen li Julian Brandt huwa l-aħjar għażla.
Sane ġie premjat bħala l-aqwa żagħżugħ fil-Premier League Ingliż u skorja 14-il gowl filwaqt li provda wkoll 15-il assist għal Manchester City.
Low jemmen li l-plejer ta’ 22 sena għandu kwalitajiet uniċi, bħall-veloċità f’sitwazzjonijiet offensivi, li ħa jgħinuh jirbaħ postu fit-tim nazzjonali Ġermaniżi matul is-snin li ġejjin. Plejers oħra li tħallew barra mill-iskwadra finali huma Bernd Leno u Jonathan Tah ta’ Bayern Leverkusen u l-attakkant Nils Petersen ta’ Freiburg.