Los Angeles tintlaqat minn terremot

Terremot li tkejjel 5.1 fuq l-iskala richter laqat l-inħawi ta’ Los Angeles fl-Istati Uniti matul il-lejl tal-Ġimgħa.
Kawża tat-terremot tkissret parti mis-sistema tal-ilma filwaqt li ġew milquta wkoll komunitajiet qrib tal-belt.
Ftit tal-ħin wara l-istess post intlaqat minn 24 theżżiżiet żgħar.
Il-Pulizija u l-ħaddiema tas-salvataġġ daru bir-reqqa t-toroq tal-belt iżda rriżulta li ma kienx hemm rapporti ta’ persuni milquta.
L-aġenzija USGS sostniet li ftit siegħat qabel dan it-terremot seħħ terremot ieħor iżgħar li tkejjel 3.6 fuq l-iskala richter.
Fil-jiem li għaddew iż-żona kienet intlaqtet minn terremot li kien tkejjel 4.4.