Lorraine x’se tgħid lil Samantha x’għandha tagħmel?

Sorelle 30

Sorelle jkompli llum bit-30 puntata mit-tieni u l-aħħar staġun fejn naraw lil Sr Augusta ċċempel lil Michael. X’se tgħidlu dwar Sr Angela? U fejn sejra?

Lorraine x’se tgħidilha li għandha tagħmel lil Samantha?

Il-Madre titkellem mal-ġardinar dwar Sr Angela. X’se jwieġibha hu? Il-Madre għaliex se tinħasad?

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fil-11.30pm u nhar it-Tnejn fis-6.15am, dejjem fuq TVM. Il-puntati kollha ta’ matul din il-ġimgħa jixxandru għada s-Sibt mill-11am ‘il quddiem.

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.