“Lorraine minn dejjem xtaqet li fil-funeral tagħha ma jintlibisx iswed”

Fuq il-midja soċjali llum ma waqfux il-messaġġi ta’ kondoljanzi lil Mario Frendo minn Birżebbuġa għat-telfa tal-mara tiegħu Lorraine fil-jum tal-bieraħ, li kien jaħbat l-anniversarju tas-27 sena mit-tieġ tagħhom. Huma fil-fatt kienu żżewwġu fl-4 ta’ Ġunju tal-1993.

“Illum l-4 ta’ Gunju hija d-data li żżewwigt lill-imhabba ta’ ħajti u hija wkoll id-data li l-Bambin għoġbu joħodhieli għal ħdejh. Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil kulħadd tal-ħsieb u tal-għajnuna li tajtu lilha u lilna,” kiteb Mario fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

Għada s-Sibt 6 ta’ Gunju se tkun qed tingħata l-aħħar tislima lil din Lorraine, ta’ 48 sena u li ħalliet warajha wkoll żewġ ulied.

Skont kif hemm imħabba fuq il-paġna ta’ Facebook, il-quddiesa ser tkun qed issir fit-8:30am ġewwa l-knisja ta’ Birżebbuġia.

Minħabba r-regoli tal-Covid ma jistgħux jidħlu nies fil-knisja u għaldaqstant l-aħħar tislima se tingħata minn fuq iz-zuntier.

“Hi minn dejjem xtaqet li fil-funeral tagħha ma jintlibisx iswed,” temm is-Sur Frendo fil-ktiba tiegħu.

Kondolajanzi lill-familja kollha f’dan il-mument iebes. Strieħ fis-sliem Lorraine.