Lorraine biex se titkexkex?

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle se naraw lil Neil jieħu lil Lorraine ġo restorant. Għaliex ma kien hemm ħadd ħliefhom?

Illum insiru nafu xi ħaġa personali dwar Neil. X’taħseb Lorraine? Sadanittant Lorraine tirrakkontalu dak li kien wassal lilha u lil Roy biex jiżżewġu… iżda jgħidilha xi ħaġa li se tkexkixha… x’kienet?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jerġa’ jixxandar fuq TVM illejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am. Il-puntati ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru fuq TVM2 is-Sibt mill-11am ‘il quddiem.