Lorella Cuccarini pożittiva għall-coronavirus; x’se jiġri f’Amici?

Lorella Cuccarini
Ritratt: Facebook / Lorella Cuccarini

Minn għada s-Sibt 9 ta’ Jannar fuq Canale 5 se jibda l-ewwel programm speċkali ta’ Amici li se jkun qed jixxandar fil-ħin ta’ wara nofsinhar mis-2.10pm ‘il quddiem. Iżda nieqsa minn fuq is-sett se jkun hemm il-professur taż-żfin Lorella Cuccarini.

Il-ġbid tal-ewwel programm sar proprju lbieraħ u l-aħbar li Cuccarini kienet nieqsa minħabba li hija wkoll għandha l-coronavirus mal-ewwel ġriet fil-midja Taljana.

Cuccarini però mhux se tkun nieqsa mill-programm minħabba li permezz ta’ kollegament segwiet ir-recording u setgħet tiġġudika l-wirjiet tal-istudenti tagħha waqt il-programm popolari ta’ Maria De Filippi.