Filmat: Loredana u Albert Agius b’diska oriġinali għall-Milied

M’hemm xejn isbaħ minn xi diska li tfakkarna fit-twelid ta’ Ġesù hekk kif illum qed niċċelebraw propju l-Milied. L-aħwa Loredana u Albert-Lauren Agius, li huma minn Għawdex ħarġu diska oriġinali propju għal dan iż-żmien hekk sabiħ.

Id-diska ġġib l-isem ta’ Ħlejju Ġesù Bambin, bil-kliem tad-diska ta’ Emil Calleja Bayliss u l-mużika ta’ Albert Agius.

Tistgħu tisimgħu d-diska ta’ dawn l-aħwa propju hawn.