Lopez viċin li jmexxi lil Cagliari

Wara li l-ogħla awtoritajiet tal-klabb ta’ Cagliari keċċew lill-kowċ Massimo Rastelli, bdiet ħidma sabiex jinħatar is-suċċessur tiegħu. 
Issemma’ b’insistenza l-isem ta’ Diego Lopez illi jista’ jmexxi lil dan it-tim minn Sardinja. Lopez għadu kemm xolja l-kuntratt tiegħu minn ma’ Palermo u kollox qed juri illi fis-sigħat illi ġejjin jista’ jingħaqad ma’ Cagliari. 
Dawn tal-aħħar ġabru biss 6 punti minn tmien logħbiet u jinsabu fl-aħħar partijiet tal-klassifika. 
Lopez huwa kowċ mill-Urugwaj u għandu 43 sena u diġà kien imexxi lil Cagliari bejn l-2012 u l-2014. Huwa kien ukoll plejer magħhom għal diversi snin.