​Lopetegui jħalli barra lil Morata

ll-kowċ tat-tim nazzjonali Spanjol Julen Lopetegui sejjaħ għall-ewwel darba lill-winger ta’ Chelsea Marcos Alonso u ħalla barra lill-kollega tiegħu fl-istess tim Alvaro Morata.
Fost il-25 plejer imsejjaħ hemm ukoll il-gowlkiper ta’ Napoli Pepe Reina.
Spanja se jilagħbu żewġ partiti ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja meta jiltaqgħu kontra Ġermanja u l-Arġentina.
Il-lista ta’ plejers imsejħa huma dawn:
Gowlkipers: Kepa, De Gea, Reina
Difensuri: Jordi Alba, Marcos Alonso, Nacho, Carvajal, Azpilicueta, Odriozola, Sergio Ramos, Piqué
Midfielders: Isco, Thiago Alcantara, David Silva, Iniesta, Saul Niguez, Parejo, Koke
Attakkanti: Rodri, Asensio, Aspas, Rodrigo, Diego Costa, Lucas