Londra tittestja l-kameras li jagħrfu l-uċuħ

Il-Pulizija f’Londra se tipprova teknoloġija ġdida ta’ kameras li jagħrfu l-uċuħ f’Soho, Piccadilly Circus, u Leicester Square.

Skont il-midja lokali, il-Pulizija serħet ras in-nies xettiċi fuq it-teknoloġija billi qalet li l-provi se jkunu fuq nies li taw il-kunsens tagħhom, l-uffiċjali se jkunu bl-uniformi, u lesti wkoll li jqassmu karti b’tagħrif fuq it-teknoloġija.

L-uċuħ tan-nies se jkunu mqabbla ma’ database ta’ uċuħ ta’ nies imfittxa mill-Pulizija jew il-Qorti. Intant, id-Direttur ta’ grupp ta’ attivisti jsejju lilhom infushom ‘Big Brother Watch’, Silkie Carlo, qal li “bħalma hu l-każ f’kull tip ta’ għodda għas-sorveljanza tal-massa, huwa l-pubbliku in ġenerali li jsofri iktar mill-kriminali.”