Londra: Jinqabad wara li mbotta mara f’nofs ta’ triq

Il-Pulizija Ingliża arrestat raġel li l-ġimgħa l-oħra kien qed jiġġogja fuq pont f’Londra u mbotta mara minn fuq il-bankina għal ġot-triq.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 41 sena qed jinżamm arrestat wara li sar magħruf li hu minn Chelsea.
Hu ġie arrestat wara li filmat minn kameras tas-sigurtà kien ippublikat fejn fih tidher il-mara ta’ 33 sena teħlisha ħafif milli tittajjar minn karozza tal-linja hekk kif ir-raġel imbuttaha minn fuq il-bankina.
Il-Pulizija qalet li għalkemm l-inċident seħħ fil-5 ta’ Mejju li għadda, ir-rispons tal-pubbliku kien kbir tant li wara li nħareġ il-filmat kien bis-saħħa tal-pubbliku stess li r-raġel irnexxielu jiġi traċċat.