Londra: Attakk bl-aċtu f’diskoteka

Mill-inqas 12-il persuna qed isofru minn ħruq wara li raġel tefa’ l-aċtu f’post tad-divertiment f’Londra.
Mijiet ta’ persuni li kienu fid-diskoteka ġew evakwati wara li ntalbet l-għajnuna tal-pulizija fis-1.10am ħin Ingliż.
Hu maħsub li r-raġel tefa’ l-aċtu fuq żewġt irġiel wara ġlieda li qamet bejn żewġ gruppi.
Minkejja li l-irġiel qed isofru minn ġrieħi gravi, jinsabu f’qagħda stabbli.
Apparti hekk, 10 persuni oħra qegħdin jingħataw il-kura għall-ġrieħi ħfief li sofrew.
Il-pulizija qalet li m’hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-attakk kien minħabba grupp partikolari.
S’issa r-raġel għadu ma ġiex arrestat