Londra: 500 persuna evakwati minħabba ħruġ ta’ gass

Madwar 500 mitt persuna ġew evakwati matul il-lejl minn żona fin-nofsinhar ta’ Londra minħabba ħruġ ta’ gass.
Skont il-pulizija Ingliża, l-ammont ta’ gass li ħareġ kien enormi u ġara lbieraħ għall-ħabta tal-23:30, fiż-żona ta’ Penge, li tinsab 15-il kilometru ‘l bogħod mill-kapitali. 
Ir-residenti ttieħdu f’erba’ ċentri ta’ akkoljenza.