Lombard Bank ikompli jsaħħaħ il-qagħda finanzjarja tiegħu

Waqt il-Laqgħa, l-azzjonisti approvaw ir-riżoluzzjonijiet ordinarji kollha li kienu ppreżentati fuq l-agenda. Fir-rigward tal-approvazzjoni tad-dividend, ġie rrapurtat li l-maġġoranza tal-azzjonisti għażlu li jirċievu d-dividend tagħhom f’ishma ġodda minflok fi flus.
Waqt il-laqgħa, iċ-Chairman, Michael Bonello, ta ħarsa lejn l-ambjent li fih operaw il-banek fl-2015, b’riferenza għar-rati baxxi tal-imgħax li qatt ma rajna bħalhom; regolamenti li kulma jmorru qegħdin jinsistu fuq sistema ta’ “one-size fits all” u l-kundizzjonijiet kompetitivi tas-suq f’dak li għandu x’jaqsam kemm ma’ kummerċ kif ukoll ta’ riżorsi umani.
Minkejja dan l-ambjent, il-Lombard Bank kompla jsaħħaħ il-qagħda finanzjarja tiegħu kif jidher mill-Capital u Liquidity Ratios b’saħħithom li huma ogħla mill-minimu stabbilit, kif ukoll mill-Consolidated Group Profit before Tax ta’ €7.8 miljun.
Fl-2016 il-Bank se jkompli jimxi bi prudenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ proposti ta’self, dejjem u biss jekk dawn il-proposti jikkonformaw mal-interpretazzjoni tar-regolamenti bankarja kurrenti.
Il-Bord tad-Diretturi huwa kompost minn Michael C Bonello (Chairman), Graham A Fairclough, Kimon Palamidis, Joseph Said, Christos Stylianides u Michael Zammit.