Lokalitajiet bla dawl għal madwar 10 minuti – Enemalta plc

Wara li għadd ta’ persuni qalu li reġgħu spiċċaw bla elettriku għal xi ħin illejla, l-Enemalta plc qalet li l-qtugħ ta’ dawl ma damx akta minn 10 minuti fil-maġġorparti tal-lokalitajiet.

Kelliem għall-Enemalta qal ma’ Newsbook.com.mt li fi żmien 10 minuti reġa’ ġie lura d-dawl fil-lokalitajiet kollha ħlief waħda. Hu ma setax jikkonferma liema lokalità kien għad hemm diffikultà fis-sistema tal-elettriku tagħha.

Fuq Facebook, għall-ħabta tad-9pm bosta persuni kitbu li mar id-dawl fid-djar tagħhom. Fost il-lokalitajiet li ssemmew kien hemm:

  • Ħal Balzan
  • Birkirkara
  • Is-Swatar
  • Marsalforn
  • Il-Mellieħa
  • San Pawl il-Baħar
  • Ħ’Attard
  • Ħal Qormi
  • Buġibba

Propju dalgħodu, il-bastiment Polar King wasal 16-il mil nawtiku ‘l barra minn Sqallija fejn se jkun qed iwettaq xogħlijiet ta’ spezzjoni għad-dannu li ġie kkawżat lill-cable tal-interconector bejn Malta u Sqallija.