Lokalitajiet bla dawl: Ara fi xħin mistenni jiġi

Bħalissa Pembroke u n-Nadur jinstabu bla dawl minħabba xogħol ta’ manutensjoni ppjanat. F’Pembroke id-dawl għandu jirritorna sa nofsinhar, filwaqt li fin-Nadur id-dawl se jiġi lura fin-nofs siegħa.

Aktar kmieni llum fil-Blata l-Bajda u l-Pietà inqalgħu xi ħsarat mhux mistennija li wasslu għalbiex jinqatà d-dawl. Wara siegħa d-dawl irritorna. Fil-Qrendi jidher li inqalgħu xi ħsarat li jistgħu jwasslu għal qtugħ ta’ dawl.

Skont is-sit elettroniku tal-Enemalta hemm diversi postijiet li fihom bħalissa qegħdin isiru xogħolijiet ta’ manutenzjoni u d-dawl mistenni jinqatà f’diversi lokalitajiet oħra aktar l-quddiem din il-ġimgħa.