Logħob u divertiment ma’ koppji li jaħdmu flimkien

Ritratt: The Fotografer

Għall-edizzjoni tal-lum ta’ Ħadd Għalik li se tkun bit-tema ta’ Jum San Valentino, se nkunu qed naraw jikkommpetu koppji li jaħdmu flimkien.

Il-koppji huma:

Mark Doneo & Louise Doneo:

Xi ħaġa li żgur qatt ma jagħmlu flimkien hi li jsajru għax Louise taf issajjar ħafna u Mark għandu l-modi tiegħu. Fid-drama jaħdmu flimkien imma jispiċċaw jargumentaw jekk jispiċċaw iridu jsajru flimkien!

Paul Mizzi & Mariella Mizzi

Paul u Mariella jaħdmu fil-qasam tal-fotografija. Il-ħolma tiegħu hi li jġib il-liċenzja tal-Private Pilot License. Għandhom interessi individwali lil hinn mill-fotografija imma fejn jidħol dan il-qasam kienu ġibdu ritratti lill-Papa Ġwanni Pawlu II.

Aaron Galea & Maria Spiteri Peregin

Inġiniera tas-sound. Hu jibża’ ħafna li xi darba jispiċċa ma jismax. Fix-xogħol tiegħu iltaqa’ ma’ Claudio Baglioni, Anastasia u Nick Mason. Min-naħa tagħha Maria għandha fissazzjoni partikolari: dik li tħobb lil Mickey Mouse!

Kurt Falzon u Rodiana Abdilla 

Kull filgħodu iqumu kmieni biex fl-4am jibdew iduru jqassmu l-ħobż. Fil-vann Kurt għandu kuruna roża li kien sab mal-art u baqa’ jżommha f’kull vann li jkollu.

Ritratt: The Fotografer

Bħas-soltu l-programm Ħadd Għalik se jitmexxa minn Angie Laus u jixxandar fuq TVM fil-12.15pm.