Logħob u divertiment għaż-żgħażagħ minn parroċċi differenti

Aktar minn 100 żgħażugħ u żgħażugħa attendew għall-attività organizzata fuq iz-zuntier tal-Qawra.
Iċ-Ċentru Agostinjani (Ħal Tarxien), in-Nigret Youth Centre (Rabat), iċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tal-Knisja l-Qadima Birkirkara u l-Preyouths tal-Qawra ħadu ħsieb jagħmlu logħob tas-sajf flimkien.
L-attività bdiet b’quddies konċelebrata mill-Kappillan tal-Qawra Christopher Galdes.
Wara l-quddiesa, iż-żgħażagħ ħadu sehem f’diversi logħob, fosthom logħob bl-ilma.
L-għan ta' attivitajiet simili hu li ż-żgħażagħ isiru jafu aktar lil xulxin, kif ukoll żgħażagħ minn parroċċi oħra.