Logħob tal-waterpolo sospiż wara li plejer jirriżulta pożittiv għall-Covid-19

Jilgħab logħba minkejja li għamel swab test

Facebook / Neptunes WPSC

Read in English.

L-Aquatic Sports Association issospendiet il-logħob tal-waterpolo tal-Kampjonat Premier u tal-Ewwel Diviżjoni wara li plejer tan-Neptunes irriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Fi stqarrija, l-ASA qalet li l-kumitat eżekuttiv tagħha se jinvestiga ċ-ċirkostanzi peress li l-plejer ikkonċernat kien għamel swab test qabel ma pparteċipa fil-logħba bejn Neptunes u Sliema li ntlagħbet nhar il-Ħadd filgħaxija, u għażel li jilgħab minflok jiżola ruħu immedjatament.

Il-kumitat eżekuttiv wissa li jirriżerva d-dritt li jieħu passi fil-konfront tal-plejer u tan-Neptunes, kemm skont ir-regolamenti tal-ASA kif ukol skont il-liġijiet ta’ Malta.

Żied li sa jagħmel konsiderazzjonijiet oħra fl-48 siegħa li ġejjin.