Logħba spettakolari minn tim Ingliż mill-aqwa

Ħaduh bis-serjeta il-plejers tat-tim Ingliż lill-kowċ tagħhom Gareth Southgate meta qal lill-plejers tiegħu biex ifittxu li jiktbu l-Istorja tagħhom u jirbħu kontra l-Panama u b’hekk jgħaddu mal-aħħar 16-il tim. Jidher biċ-ċar li l-plejers ħadu dan il-kliem bis-serjeta hekk aktar kmieni llum lagħbu kontra l-Panama fejn kisbu t-tlett punti wara rebħa ta’ 6-1. It-tim Ingliż ta wirja spettakolari hekk kif biss wara ftit minuti mill-bidu tal-partita skurjaw l-ewwel gowl tagħhom.

Hekk kif għandhom posthom garantit mal-aħħar 16, xorta tibqa l-battalja għal min se jikseb l-ewwel post fil-grupp.

Jekk l-Ingliżi jispiċċaw fit-tieni post u mhux l-ewwel fil-grupp tagħhom, jaf ikollhom il-biċċa mit-triq li jmiss xi ftit eħfef. Dan kif fir-rawnd li jmiss ikun imisshom mas-Senegal u jekk jirbħu jgħaddu għall-kwarti tal-finali kontra l-Messiku jew is-Serbja.

Jekk mill-banda l-oħra, jirbħu l-grupp huma, mela jaf ikunu qed jilagħbu kontra l-Brażi fil-kwarti tal-finali, jekk il-Brażiljani jirbħu l-grupp tagħhom.