Logħba għat-tfal biex jesprimu ruħhom

Tnediet logħba ġdida fl-iskejjel biex tgħin it-tfal jesprimu ruħhom fl-emozzjonijiet tagħhom.
Din il-logħba edukattiva ġiet żviluppata mill-Fondazzjoni Relationships Are Forever u li ngħatat l-isem ta’ Friendship Cards.
F’konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li l-logħba se tgħin lill-għalliema fl-iskejjel primarji biex jiggwidaw lill-istudenti dwar kif għandhom isolvu l-kunflitti li jinqalgħu anke sa miċ-ċkunija.
 Min-naħa tiegħu  Julian Sant Fournier f’isem il-Fondazzjoni Relationships
tal-Edukazzjoni fejn qed isir xogħol importanti mal-istudenti.
Intant waqt l-attività, studenti tat-tielet, ir-raba’ u l-ħames sena kellhom l-opportunità li jilagħbu b’dawn il-cards mal-għalliema tagħhom u jesprimu dak li jħossu. 

Ritratt: DOI: Clodagh Farrugia O'Neill