Logħba futbol fil-Ġermanja titħassar wara li jinstab pakkett suspettuż

Il-logħba ta’ ħbiberija bejn il-Ġermanja u l-Olanda tħassret wara li nstab oġġett suspettuż fl-istejdjum.
Mal-ewwel bdew jingħataw struzzjonijiet biex kulħadd jitlaq mill-istejdjum u jmur id-dar fil-kalma.
L-avviż ingħata daqs nofs siegħa qabel bdiet il-logħba, b’numru kbir ta’ partitarji kienu għadhom barra jistennew biex jidħlu.
Daqs siegħa qabel il-logħba, l-Pulizija rċevew theddida ta’ bomba fl-istejdum u għalhekk ittieħdet din id-deċiżjoni filwaqt li numru ta’ toroq ingħalqu għat-traffiku għal xi ħin.
Membri tal-Gvern Ġermaniż fosthom il-Kanċillier Angela Merkel kellhom jattendu għal din il-logħba bil-għan li jwasslu l-messaġġ li l-Ġermanja ma kinitx se tbaxxi rasha wara l-attakki terroristiċi li seħħew f’Pariġi.