Logħba diffiċli għat-tim Malti kontra Franza

FB: MFA Womens Football

It-Tim Nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena spiċċaw megħluba 6-0 kontra Franza. Din kienet l-ewwel logħba mill-kwalifika għall-Euro 2020. Il-logħba ntlagħbet ġewwa Spartak Stadion ġewwa l-Bellarus.

Il-coach Dorianne Theuma bdiet lill-aqwa skorer Maltija Haley Bugeja li tilgħab ma’ Mġarr United. Jgħinuha kellha lid-duo ta’ Birkirkara Kailey Willis u Veronique Mifsud. Maya Lucia ta’ Raiders Għargħur lagħbet warajhom.

Il-Franċiżi li rebħu t-Tazza tad-Dinja ta’ din il-kategorija lura fl-2012 fittxew li jiskurjaw fl-ewwel minuti. Il-pjan irnexxa wara li fetħu l-iskor fis-sitt minuta.

Għal Malta lagħbu: Giulia D’Antuono; Haley Bugeja, Elena Sissons, Veronique Mifsud, Emma Ciantar Piccinino (72 Georgiana Mifsud), Kailey Willis (90 Laura Muscat), Maya Lucia, Martina Fenech, Alexandra Gatt, Laura Chetcuti Dimech, Martina Cortis (84 Mariah Cardona).

It-tieni logħba mill-gruppi se tkun kontra l-Iżlanda nhar l-Erbgħa.