Log tal-Milied

Riċetta ta' Karmen Tedesco
 Ingredjenti:

  • 350gr tamal
  • 200ml ħalib tal-bott
  • Mgħarfa whiskey
  • 180gr gallettini plain
  • 100gr ġellewż mfarrak
  • 100gr berquq niexef
  • 2 mgħaref whiskey
  • 3 mgħaref kokkodina
  • 3 mgħaref icing sugar
  • 5 kuċċarini ilma fietel

Metodu:
1.      Ħallat l-ħalib, it-tamal u mgħarfa whiskey u sajjar
2.      Ġo skudella poġġi l-gallettini, l-ġellewż, il-berquq u l-whiskey.
3.      Itfa' it-tahlita tat-tamal u l-ħalib fl-iskudella. Ħawwad sew u fforma f'għagina soda.
4.      Ħawwad l-kokodina, l-icing sugar u l-ilma
5.      Ibda ppinzella u iksi l-log kollha.
Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK