“Loftus-Cheek jista’ jsir plejer importanti għall-Ingilterra” – Hodgson

Il-plejer ta’ Chelsea Ruben Loftus-Cheek, li ġie misluf lil Crystal Palace matul dan l-istaġun, intgħażel minn Gareth Southgate sabiex ikun parti mit-tim nazzjonali lngliż li se jipparteċipa fil-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja.
Il-kowċ ta’ Crystal Palace Roy Hodgson stqarr li Loftus-Cheek huwa wieħed mill-aqwa plejers li qatt ħadem magħhom matul karriera ta’ 42 sena.
Il-wirjiet pożittivi fil-25 logħba mal-Eagles tal-midfielder ta’ 22 sena, għenuh jirbaħ post fil-grupp magħżul minn Southgate filwaqt li Jack Wilshere u Adam Lallana tħallew barra.
Hodgson jemmen li Wilshere kien sfurtunat li matul iż-żmien li qatta’ ’l bogħod mill-grawnd minħabba sensiela ta’ injuries, midfielders żgħażagħ u promettenti spikkaw fil-kampjonat u żiedu l-kompetizzjoni fi ħdan it-tim nazzjonali Ingliż.