Lockdown ta’ bejn ġimagħtejn u xahar hu neċessarju – Mark Brincat

Il-Professur Mark Brincat, li hu ġinekologu, stqarr fuq Facebook li l-pajjiż għandu bżonn jerġa’ jagħmel kwarantina għal bejn ġimagħtejn u xahar.

Brincat kien qed jagħmel xebh bejn is-sitwazzjoni li tinsab fiha Malta ma’ dak li qed jiġi f’Wales fl-Ingilterra. Il-ġinekologu qal li Wales qed isejjaħlu ‘firewall, oħrajn ‘circuit breker’. “Sejjaħlu li trid iżda għandna bżonn lockdown.”

Brincat spjega li Malta għandha bżonn tirbaħ ftit tal-ħin sakemm jasal il-vaċċin madanakollu m’għandniex il-kuraġġ ngħidu dan.

Il-Professur Brincat qal li l-xjenza għamlitha possibbli biex il-vaċċin jiġi proċessat b’mod mgħaġġel iżda fil-mediċina m’hemm l-ebda ċertezza.

“Fi ‘gwerra’ bħal dik kontra l-pandemija ma tistax tibqa’ tistenna għal dejjem.”