Lockdown ieħor fl-Awstrija

L-Awstrija se tgħaddi minn għeluq parzjali għat-tieni lockdown ta’ ġimagħtejn u nofs.

Il-Kanċillier Sebastian Kurz ħeġġeġ lill-Awstrijaki biex ma jiltaqgħu mal-ebda persuna li tkun barra miċ-ċirku familjari ristrett bit-tentattiv li jwaqqaf in-numri dejjem jiżdiedu tal-persuni li nstabu pożittivi għall-Covid.

Huwa qal li l-iskejjel se jingħalqu u l-istudenti se jitgħallmu mid-dar. L-Awstrija rrapportat rekord ta’ 9,586 każ ġdid fil-ġurnata tal-Ġimgħa.