Lockdown biex insalvaw il-ħajjiet – CSN

Monique Agius

Read in English.

In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili qed jappella lill-Gvern biex isegwi l-pariri tal-professjonisti mediċi u jsejjaħ lockdown f’Malta biex titwaqqaf l-imxija ta’ COVID-19. Saħqet li dan għandu jsir mill-aktar fis possibbli biex jiġu salvati l-ħajjiet umani.

In-Netwerk sostna li l-kaiżjiet f’Malta qed jiżdiedu b’rata allarmanti filwaqt li kważi kull każ ġie minn barra minħabba li l-ajruport baqa’ miftuħ.

Sostnew li l-Gvern għandu jpoġġi lill-interessi tal-professjonisti mediċi qabel l-ekonomija f’dan il-każ estrem.

Min-naħa tagħhom l-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin saħqet għall-miżuri speċifiċi għal Għawdex. L-Assoċjazzjoni qalet li minħabba l-insularità doppja, Għawdex se jbati minn konsgwenzi ikbar minħabba l-COVID-19. Huma assoċjaw ruħhom ukoll mat-talba li saret mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) fejn appellat għal djalogu mal-imsieħba soċjali kollha f’Għawdex. 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn