Lm15.6 miljun fiċ-ċirkolazzjoni m’għadhom jiswew xejn

Lm15,638,748, ekwivalenti għal €36,428,483.57 li kienu fiċ-ċirkolazzjoni m'għadhom jiswew xejn minħabba li baqgħu mhux imsarrfa sad-data tal-għeluq li kienet ilbieraħ.
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta spjega li skont it-termini ta’ Artikolu 62(1) tal-Att tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (Kap. 204), il-karti tal-flus Maltin tal-Ħames Serje ma għadhomx jissarrfu wara n-12.30 p.m. tal-Erbgħa 31 ta’ Jannar 2018.
L-akbar ammont ta’ Liri Maltin imsarrfin fl-aħħar ġurnata
L-akbar ammont ta’ Liri Maltin ġew imsarrfa fl-aħħar ġurnata meta Lm78,178, ekwivalenti għal aktar minn €182 miljun, ġew iddepożitati l-Bank.
Fl-istess jum ġiet irreġistrata wkoll l-ikbar tranżazzjoni ta’ Lm28,190, ekwivalenti għal €65,665.04.
Matul Jannar 2018, Lm412,916, ekwivalenti għal €961,835.55, ġew imsarrfa.