Lloris jattira l-interess ta’ Real Madrid

Real Madrid huma kunfidenti illi għas-sajf illi ġej ikunu jistgħu jakkwistaw lill-gowlkiper ta’ Tottenham Hotspurs Hugo Lloris skont ma rrapurtat il-gazzetta Sunday People.
L-internazzjonali Franċiż huwa ħerqan illi jirbaħ xi unuri hekk kif wasal fl-aqwa tal-karriera tiegħu u bl-Ispurs illi xi kultant mhux dejjem qed imorru tajjeb fil-kampjonat, l-offerta tal-Blancos tista’ tattira lil Lloris.
Minkejja kollox it-tim mill-kapitali Spanjola għadhom qed jinnegozjaw ma’ David De Gea ta’ Manchester United u Thibaut Courtois ta’ Chelsea iżda l-għażla ta’ Lloris tista’ tkun soluzzjoni oħra.