Lloris arrestat wara li saq waqt li kien xurban

Hugo Lloris ġie arrestat wara li nstab ħati li saq taħt l-effett tax-xorb. Il-goalkeeper ta’ 31 sena ilu jilgħab ma’ Tottenham sa minn mindu telaq lil Lyon fl-2012 u lagħab 256 darba mat-tim Ingliż.

L-imġiba rresponsabbli tiegħu ma żammitx lil Mauricio Pochettino milli jħalli l-faxxa ta’ captain għand Lloris hekk kif il-goalkeeper ħa sehem fir-rebħa ta’ Tottenham Hotspurs kontra Manchester United. Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja għamel apoloġija pubblika fejn stqarr: “Nixtieq niskuża ruħi minn qalbi mal-familja tiegħi, mal-klabb, ma’ sħabi l-plejers, mal-kowċ u mal-partitarji kollha.”