Liverpool wara Promes

Il-klabb ta’ Liverpool qed jaħdem bis-sħiħ sabiex jakkwista lill-internazzjonali Olandiż Quincy Promes.
Dan il-plejer għandu 25 sena u bħalissa jinsab misluf lil Spartak Moscow mingħand il-klabb oriġinali tiegħu Twente.
Promes kien diġà l-objettiv tar-Reds lura għas-sena 2016, madankollu l-pjanijiet tagħhom sfaxxaw hekk kif kien iffirma kuntratt ġdid ma’ Twente.
Din id-darba t-tim minn Merseyside se jagħmel minn kollox sabiex jiffirma lil dan il-winger li jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Olandiż.