Liverpool viċin Butland

Skont il-gazzetta Ingliża tal-bieraħ The Mirror, Liverpool huma ferm viċin illi jakkwistaw lill-gowlkiper ta’ Stoke City Jack Butland.
Xi skawts tar-Reds marru fil-Bet 365 Stadium sabiex jibdew it-taħditiet preliminari fit-tentattiv illi jġibu f’Anfield Road lil dan il-gowlkiper ta’ 25 sena.
Huwa fatt magħruf illi r-Reds qed ifittxu element bejn il-lasti għas-sena d-dieħla u skont il-kowċ Jurgen Klopp, huwa jara lil Butland bħala ideali għall-pjanijiet tiegħu.
Butland kellu esperjenzi ma’ Birmingham City,Cheltenham, Barnsley, Leeds United, u Derby County.
Skont l-istess gazzetta, Liverpool iridu joħorġu mill-but madwar 40 miljun lira sterlina sabiex jiksbu s-servizzi tiegħu.