Liverpool u City bi prestazzjoni tajba fl-ewwel logħba tal-Premier League

Liverpool skurjaw erba’ gowls fl-ewwel nofs tal-ewwel logħba mill-Premier League ta’ dan l-istaġun. Liverpool taw wirja tajba ferm fil-logħba kontra Norwich City li ġew promossi din is-sena. Il-captain ta’ Norich Grant Hanley, fetaħ l-iskor għal Liverpool wara li daħħal il-ballun fix-xibka tiegħu stess. Wara dan waslu il-gowls ta’ Mohamed Salah, Virgil van Dijk u Divock Origi.

Il-partitarji ta’ Liverpool ħolqu atmosfera ta’ briju waqt l-ewwel logħba tal-istaġun u l-plejers ma naqsux milli jagħtu prestazzjoni tajba. Il-logħba spiċċat bl-iskor ta’ 4-1 għal Liverpool.

Illum hemm sitt logħbiet oħra mill-Premier League fejn fosthom se jkunu qed jilgħabu l-ewwel logħba tagħhom Manchester City, Tottenham u Everton. Il-logħba bejn City u West Ham ġiet fi tmiemha. City ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 5-0.