Liverpool u Ajax riedu lil Odegaard ta’ Real Madrid

Il-plejer ta Real Madrid Martin Odegaard kellu offerti biex jingħaqad ma’ Liverpool jew Ajax għal dan l-istaġun. Dan intqal mill-eks kowċ tiegħu, Leonid Slutsky.

Il-plejer internazzjonali tan-Norveġja ngħaqad ma’ Real Sociedad b’self mingħand Real Madrid f’Lulju li għadda u impressjona ħafna mat-tim tiegħu li jinsab fir-raba’ post fil-La Lega Spanjola. Il-midfielder iffirma għal Real Madrid fl-2015 għal tliet miljun ewro iżda lagħab biss 32 minuta għalihom fil-La Liga u qatta l-biċċa l-kbira tal-ħin tiegħu ’l bogħod mill-klabb meta ngħata b’self lil tim ieħor.

Is-sena li għaddiet lagħab mat-tim ta’ Real Sociedad u l-eks kowċ tiegħu żvela li l-ġganti tal-Premier League Liverpool kienu fost dawk li fallew  li jiħduh meta Odegaard iddeċieda fejn kellu jmur.

Leonid Slutsky  qal li kien ta’ unur għalih li kellu x’jaqsam taqsam fit-tkabbir  fil-logħob ta’ Martin Odegaard. Hu saħaq li ż-żmien tiegħu ma’ Real Sociedad kien importanti għalih.

“Huwa kien wieħed mill-aqwa plejers mat-tim tiegħu ta’ bħalissa u kellu ħafna offerti. Mhux biss mingħand Real Sociedad, iżda wkoll minn Liverpool u Ajax,” temm jgħid.