Liverpool lesti jonfqu €180 miljun

Wara li ffirmaw lil Naby Keita mingħand RB Leipzig, Liverpool beħsiebhom ikomplu jonfqu u d-diriġenti lestew madwar €193 miljun sabiex jippruvaw jakkwistaw żewġ plejers oħra.
Dawn huma Virgil Van Dijk mingħand Southampton u Thomas Lemar mingħand Monaco.
Keita mistenni jingħaqad ma’ Liverpool matul is-sajf li ġej iżda Jurgen Klopp irid żewġ plejers ta’ kwalità qabel tmiem din il-ġimgħa.
Van Dijk huwa plejer Olandiż ta’ 26 sena u jilgħab bħala difensur ċentrali filwaqt illi Thomas Lemar huwa plejer mill-Guadeloupe, għandu 21 sena u jilgħab f’nofs il-ground.