Liverpool lesti jirrifjutaw offerta oħra għal Coutinho

Skont is-sit sportiv goal.com, il-club ta’ Liverpool mistenni jirrifjuta offerta oħra li ser jagħmlu Barcelona sabiex jippruvaw jakkwistaw lill-Brażiljan Philippe Coutinho. 
Il-Katalani diġà raw tliet offerti għal Coutinhoirrifjutatimir-Reds. L-aħħar offerta, dik ta’ 130 miljun ewro ġiet innegata mis-sidien Fenway Sports Group illi qalu li l-plejer mhuwiex għal bejgħ.
Għalhekk jidher illi l-probabbilta’ ser tkun illi l-plejer jibqa’ ma’ Liverpool. Bħalissa Coutinho għaddej minn mument tajjeb tant illi kien ukoll wieħed mill-iskorers fir-rebħa barra minn darhom illi kellhom Liverpool kontra Mariborbl-iskor ta’ 7-0.