Liverpool jirbħu l-ewwel Tazza tad-Dinja tal-Klabbs

Roberto Firminio sab il-lasta fil-ħin barrani biex b’hekk għen lit-tim jirbaħ l-ewwel Tazza tad-Dinja tal-Klabbs. It-tim ta’ Jurgen Klopp fl-aħħar tal-ħin waqqaf ir-reżistenta tat-tim Brażiljan Flamengo ġewwa l-Qatar.

Firmino, li ftit jiem qabel skurja gowl drammatiku fl-aħħar ħinijiet waqt is-semi-finali kontra Monterrey, irnexxielu jiskurja fid-99 minuta. Issa Liverpool saru t-tieni tim Ingliż li rebaħ dan it-turnew. L-ewwel tim li qatt rebħu kienu Manchester United lura fl-2008.

Liverpool waqgħu xi ftit lura meta Alex Oxlade-Chamberlain deher jaqa’ b’mod ħażin fuq l-għaksa. Iżda fortunatament qamu għall-okkażjoni u ħadmu sakemm kisbu r-rebħa.

It-tim Messikan Monterrey aktar kmieni rebħu kontra Al Hilal tal-Arabja Sawdija 4-3 bil-penalties wara li baqgħu f’partità ta’ 2-2. B’hekk Monterrey ġew fit-tielet post.