Liverpool jiċħdu xnigħat dwar Klopp

Skont artiklu li deher fuq il-gazzetta The Daily Star, iċ-ċansijiet li Jurgen Klopp isir il-kowċ il-ġdid ta’ Bayern Munich huma minimi ħafna.
Il-klabb mill-Bavarja qiegħed ifittex kowċ permanenti għall-klabb wara t-tkeċċija ta’ Carlo Ancelotti u l-ħatra temporanja tal-kowċ veteran Jupp Heynckes.
Rapporti fil-midja Ġermaniża sostnew illi saru xi kuntatti mal-ekskowċ ta’ Borussia Dortmund iżda wara li dan tal-aħħar qed jippjana għall-ġejjieni tar-Reds ifisser biss illi l-klabb mill-belt ta’ Munich jistgħu jaqtgħu qalbhom.
The Daily Star kitbet ukoll illi l-influwenza ta’ Klopp kienet determinanti sabiex inxtara d-difensur ta’ Southampton Virgil Van Dijk għas-somma ta’ £75 miljun ewro.
Finalment l-istess ġurnal irrikonoxxa illi Klopp ġab stabbiltà kbira fit-tim illi jilgħab f’Anfield Road.