Liverpool jibqgħu fil-quċċata wara li rebħu fl-aħħar minuti

Liverpool skurjaw żewġ gowls tard fil-logħba biex għelbu lil Aston Villa. It-tieni gowl kien skurjat fil-ħin barrani minn Sadio Mane. B’dan ir-riżultat, Liverpool żammew posthom fuq quddiem b’sitt punti distakk minn City.

Aktar kmieni fil-logħba deher li se jitilfu r-rekord tajjeb li żammew s’issa ta’ 10 xhur mingħajr telf fil-Premier League. Iżda Liverpool irsistew ferm biex waslu ġabu l-gowl ta’ draw permezz  ta’ daqqa ta’ ras ta’ Andy Robertson.

Imbad Mane rnexxielu jipprovdi t-tieni gowl biex kisbu t-tliet punti.

Kien diżappunt kbir għal Villa, li rnexxielhom imorru fuq quddiem fil-21 minuta tal-logħba permezz ta’ Trezeguet.  

Riżultati oħra:

AFC Bournemouth 1-0 Manchester United

Arsenal 1-1 Wolverhampton Wanderers

Brighton & Hove Albion 2-0 Norwich City

Manchester City 2-1 Southampton

Sheffield United 3-0 Burnley

West Ham United 2-3 Newcastle United

Watford 1-2 Chelsea