Liverpool jerbħu kontra Arsenal: bejniethom skurjaw 10 gowls

Liverpool rebħu l-logħba kontra Arsenal bil-penalties wara li b’kollox, bejniethom skurjaw għaxar gowls. B’hekk Liverpool se jkun qed jilagħbu fil-kwarti tal-finali tal-Carabao Cup.

Iċ-ċelebrazzjonijiet bdew x’hin quddiem il-Kop, il-gowler ta’ Liverpool Caoimhin Kelleher li għandu 20 sena laqa’ l-penalty ta’ Dani Ceballos biex issiġillaw ir-rebħa.

Kien il-gowl ta’ Divock Origi fl-94 minuta li wassal il-logħba għall-penalties, wara li Liverpool spiċċaw minn taħt darbtejn. Arsenal kienu ftit minuti bogħod mir-rebħ wara li Joe Willock skurja gowl brillanti minn barra l-kaxxa.

Riżultati oħra:

Aston Villa 2-1 Wolverhampton Wanderers

Chelsea 1-2 Manchester United