Liverpool jaf jitilfu t-titlu jekk il-League jitwaqqaf ħesrem

Għalkemm qegħdin 22 punt fil-quċċata tal-klassifika, Liverpool jistgħu jitilfu xorta waħda ċ-ċans li jirbħu t-titlu. Dan jista’ jiġri jekk il-league jitwaqqaf ħesrem minħabba l-coronavirus. Il-biża li l-logħob jitwaqqaf mill-gvern qed tikber.

Aktar minn 80,000 persuna fi ftit inqas minn 50 pajjiż spiċċaw infettati b’dan il-vajrus. S’issa hemm mal-2,800 persuna li mietu kaġun ta’ dan.

Il-gvern Svizzeru ħa d-deċizjoni li jħassar l-avvenimenti kollha li kienu jinkludu aktar minn 1,000 persuna jew aktar bil-għan li jnaqqas iċ-ċans li tkompli tinxtered il-marda. Anka l-logħob tal-futbol ġew ikkanċellati dan il-weekend.

Jekk il-Premier League jagħmlu l-istess minħabba ordnijiet maħruġa mill-gvern Ingliż, mela Liverpool jistgħu lanqas biss jieħdu t-titlu. It-tim ta’ Klopp fadallu biss jirbaħ erba’ logħbiet biex ikun jista’ jirbaħ it-titlu.