Liverpool isalvaw rebħa fl-aħħar 9 minuti

Liverpool salvaw rebħa wara li rnexxielhom jmorru minn fuq kontra West Ham. Ir-rebħa għal Liverpool tfisser li t-tim laħaq ir-rekord ta’ 18-il rebħa suċċessiva li kienu kisbu Manchester City bejn Awwissu u Diċembru tal-2017. L-aħħar li tilfu punt kien meta t-tim ta’ Klopp baqa’ bi draw ta’ 1-1 kontra Manchester United f’Ottubru.

West Ham, li l-partitarji tagħhom ipprotestaw kontra l-propjetarji tal-klabb, kienu ta’ theddida għal Liverpool meta sa nofs it-tieni taqsima kienu qed jirbħu.

Il-gowl tar-rebħ wasal disa’ minuti biss minn tmiem il-logħba. Dan ir-riżultat kien xi ftit jew wisq kiefer għal West Ham u Moyes, iżda deher li Liverpool kienu destinati li jirbħu. Grazzi għar-rebħa ta’ 3-2, Liverpool reġgħu telgħu 22 punt ‘l fuq waħedhom fil-quċċata tal-klassifika, b’West Ham jibqgħu mal-aħħar tlieta.