Liverpool iridu lil Werner

Huwa fatt magħruf illi Liverpool għandhom problemi difensivi kbar b’mod partikolari għax f’dawn l-aħħar partiti tal-kampjonat qalgħu xejn inqas minn 16-il gowl. Lanqas il-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika mhux daqshekk pożittiva hekk kif jinsabu fis-sitt post. 
Il-kowċ tagħhom Jurgen Klopp qed iħares lejn is-suq Ġermaniż sabiex jipprova jakkwista s-servizzi tal-attakkant ta’ RB LeipzigTimo Werner. 
Skont The Liverpool Echo. Werner jista’ jkun il-plejer ideali sabiex jgħin lir-Reds fid-dipartiment offensiv. Huwa skorja 21 gowl matul l-istaġun illi għadda fil-Bundesliga u minkejja li għad għandu 21 sena diġà għandu ċerta awtorita’ fil-grawnd. 
Min-naħa tagħhom Leipzig ftit jidhru ħerqana illi jħallu lil dan il-plejer jitlaq għax jixtiequ jżommuh magħhom sabiex jgħinhom jiksbu pożizzjoni tajba fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.