Liverpool iridu lil Werner

Skont il-gazzetta Brittanika The Independent, il-klabb mill-Premier League Ingliż Liverpool huwa lest li jibda l-ħidma tiegħu sabiex jasal għall-akkwist tal-attakkant ta’ RB Leipzig Timo Werner.
Dan il-plejer illi qed jogħġob ukoll lil Bayern Munich jiswa madwar €70 miljun u l-kowċ tar-Reds Jurgen Klopp irrakkomanda dan il-plejer lid-diriġenti tiegħu.
Dan tal-aħħar qed ifittex attakkant ieħor sabiex ikompli jsaħħaħ dan id-dipartiment illi diġà huwa wieħed prominenti b’Mohammed Salah illi spikka ħafna matul dan l-istaġun.